Ftit hawn nies li kapaċi jieħdu ritratt tagħhom lebsin ta' 'hot dog', fil-waqt li qed jiġu miksija ketchup minn żewġt irġiel b'wiċċ ta' ħanżir, u jkollhom il-kuraġġ jerġgħu jidhru fil-pubbliku.
Wieħed minn dawn in-nies jismu Peter Dacoutros u m'hemmx xi ngħidu, Peter huwa bniedem kuraġġuż ħafna.
Hawn għalikom, għeżież qarrejja ta' ħazin.info, tlett paġni mill-kotba tat-tisjir ta' dan il-fenomenu:
1. Il-qoxra tal-ktieb tiegħu, 'Cooking with Peter'. Il-qmis, il-kandelabru, id-daħka, iż-żokra kważi tidher. X'ma jaqbdekx il-ġuħ.
2. Dan huwa wieħed mis-serje ta' ritratti 'photoshopped' li sibna. Diffiċli tgħid x'għandu x'jaqsam ma' ktieb tar-riċetti imma xorta jibqa' ritratt ta' klassi kbira ...

3. U fl-aħħar, il-'masterpiece'. Ha nħallukom tgawdu dan ir-ritratt mingħajr wisq kummenti. Grazzi Peter.
3 comments:
Ħaħa :)
L-ewwel ritratt wisq tajjeb :)
Din it-tip ta' fotografija qed tfakkarni fl-istess fotografija ta' Ray Calleja (nissuspetta li l-istess fotografu). Araw aktar fil-website tiegħu: www.raycalleja.com . Ta' min jinnota r-ritratt ħelu li jidher kif tikklikkja l-link "trot me" b'ras ta' żebra. Mhux xi ħaġa ta' kuljum li tara żebra forma ta' minotawru b'wiċċ Ray daħkan (kważi defurmat).
Ktieb tat-tisjier biex jaqtaghlek l-aptit.
Post a Comment