Membru tal-Bord Malti tal-Junior Eurovision #1: "Għandna problema!"
Membru tal-Bord Malti tal-Junior Eurovision #2: "X' ġara issa?"
MBMJE #1: "It-tfal ..."
MBMJE #2: "X'inqalgħalhom?"
MBMJE #1: "Ma jafux ikantaw."
MBMJE #2: "Allura ...?"
MBMJE #1: "Din suppost mhux kompetizzjoni tal-kant ...?"
MBMJE #2: "Eh ija ... vera."
...
MBMJE #2: "Ma nafx ostja."
... xi ħin wara nofsinhar ...
MBMJE #1: "Ġietni ideja brillanti."
MBMJE #2: "Għidli."
MBMJE #1: "Peress li t-tfal ma jafux ikantaw live, nistgħu nitfgħu CD bil-mużika tagħhom għaddej live ..."
MBMJE #2: "... eh ..."
MBMJE #1: "... waqt li t-tfal jaqbżu u jiftħu ħalqhom fuq il-palk ..."
MBMJE #2: "... kompli ..."
MBMJE #1: "... biex jgħatu l-impressjoni li qed ikantaw ..."
MBMJE #2: "... eh..."
MBMJE #1: "... meta fil-fatt ma JKUNUX qed ikantaw!"
MBMJE #2: "U hekk niffrankaw il-flus ukoll! Kull ma rridu nagħmlu hu li nsibu lil xi ħadd biex ibiddel is-CD u jagħfas play."
MBMJE #1: "Eżatt!"
MBMJE #2: "Il-Alla! Int ġenju!"
Festival tal-Kanzunetta ghall-Junior Eurovision 2007 (stennew sa 0:48):
Miġjub lillkom mill-Malta Council of Culture and Arts (is-salvagwardja tal-kultura u arti f' Malta ).
Mill-fondi tiegħek.
Tuesday, 17 June 2008
Playback
Posted by
Timpana
at
13:34
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
hehe meta wrewh fuq it-televixin lanqas ibboderjaw jeditjawh jahasra. warts and all gabuhom imsieken. forsi jaqtghu qalbhom mid-dinja ta' l-ispettaklu. li kieku!!!
:) Nice blog - ilkom ma tghamlu posts -- irridu aktar.
Post a Comment