Tuesday, 17 June 2008

Playback

Membru tal-Bord Malti tal-Junior Eurovision #1: "Għandna problema!"
Membru tal-Bord Malti tal-Junior Eurovision #2: "X' ġara issa?"
MBMJE #1: "It-tfal ..."
MBMJE #2: "X'inqalgħalhom?"
MBMJE #1: "Ma jafux ikantaw."
MBMJE #2: "Allura ...?"
MBMJE #1: "Din suppost mhux kompetizzjoni tal-kant ...?"
MBMJE #2: "Eh ija ... vera."
...
MBMJE #2: "Ma nafx ostja."

... xi ħin wara nofsinhar ...

MBMJE #1: "Ġietni ideja brillanti."
MBMJE #2: "Għidli."
MBMJE #1: "Peress li t-tfal ma jafux ikantaw live, nistgħu nitfgħu CD bil-mużika tagħhom għaddej live ..."
MBMJE #2: "... eh ..."
MBMJE #1: "... waqt li t-tfal jaqbżu u jiftħu ħalqhom fuq il-palk ..."
MBMJE #2: "... kompli ..."
MBMJE #1: "... biex jgħatu l-impressjoni li qed ikantaw ..."
MBMJE #2: "... eh..."
MBMJE #1: "... meta fil-fatt ma JKUNUX qed ikantaw!"
MBMJE #2: "U hekk niffrankaw il-flus ukoll! Kull ma rridu nagħmlu hu li nsibu lil xi ħadd biex ibiddel is-CD u jagħfas play."
MBMJE #1: "Eżatt!"
MBMJE #2: "Il-Alla! Int ġenju!"

Festival tal-Kanzunetta ghall-Junior Eurovision 2007 (stennew sa 0:48):



Miġjub lillkom mill-Malta Council of Culture and Arts (is-salvagwardja tal-kultura u arti f' Malta ).

Mill-fondi tiegħek.

Thursday, 5 June 2008

Cooking with Ħażen

Ftit hawn nies li kapaċi jieħdu ritratt tagħhom lebsin ta' 'hot dog', fil-waqt li qed jiġu miksija ketchup minn żewġt irġiel b'wiċċ ta' ħanżir, u jkollhom il-kuraġġ jerġgħu jidhru fil-pubbliku.

Wieħed minn dawn in-nies jismu Peter Dacoutros u m'hemmx xi ngħidu, Peter huwa bniedem kuraġġuż ħafna.

Hawn għalikom, għeżież qarrejja ta' ħazin.info, tlett paġni mill-kotba tat-tisjir ta' dan il-fenomenu:

1. Il-qoxra tal-ktieb tiegħu, 'Cooking with Peter'. Il-qmis, il-kandelabru, id-daħka, iż-żokra kważi tidher. X'ma jaqbdekx il-ġuħ.

2. Dan huwa wieħed mis-serje ta' ritratti 'photoshopped' li sibna. Diffiċli tgħid x'għandu x'jaqsam ma' ktieb tar-riċetti imma xorta jibqa' ritratt ta' klassi kbira ...











3. U fl-aħħar, il-'masterpiece'. Ha nħallukom tgawdu dan ir-ritratt mingħajr wisq kummenti. Grazzi Peter.